Skip to product information
1 of 5

Offerta Bid-Discount Tispiċċa Dalwaqt!

Pain Relief Roll On®

Pain Relief Roll On®

In stock


Serħan immedjat

🕒 Riżultati eċċellenti

🔋 Jgħin il-muskoli u l-ġogi

💡 B'Garanzija li ser jgħinek zgur!

Regular price €35,00
Sale price €35,00 Regular price €55,00
SAVE 36% Sold out
Cold or Warm

Cash on Delivery Accepted!

Ordna fuq WhatsApp

Pain Relief Roll On®

Regular price €35,00
Sale price €35,00 Regular price €55,00
SAVE 36% Sold out
  • American Express
  • Apple Pay
  • Google Pay
  • Maestro
  • Mastercard
  • Shop Pay
  • Union Pay
  • Visa

Ordnaħ issa u jasallek qabel -.

Għal xix inhi tajba il-Cool Roll On

  • Uġigħ fil-muskoli
  • Nefħa
  • Irkupru wara sport jew gym
  • Infjammazzjoni
  • Muskoli għajjenin

Għal xix inhi tajba il-Warm Roll On

  • Uġigħ fl-għonq u fid-dahar
  • Muskoli iebsin
  • Skumdità fil-ġogi
  • Tensjoni fil-muskoli
  • Uġigħ kroniku

Free Delivery Malta & Gozo

Ordna Online Illum 🛒

Agħżel Cash on Delivery u irċievi l-ordni tiegħek l-għada stess ġewwa darek u ħallas cash. 🚚

📞 Ordni bil-mobile: 99025622

💻 Jew ordna faċilment online minn hawn

Għal xix inhuma tajbin?

  • Għeja fil-muskoli wara ġurnata twila ta’ xogħol
  • Stil ta’ ħajja sedentarju (bħal xogħol bilqiegħda jew standing jobs)
  • Tensjoni u ebusija fil-muskoli fid-dahar, ssaqajn u dirgħajn
  • Skumdità jew għeja wara eżerċizzju jew attività fiżika
  • Bżonn ta’ rilassament u serħan wara stress fiżiku jew mentali
  • Attivazzjoni tal-muskoli bħala parti minn rutina ta’ fitness jew benesseri
  • Sensazzjoni ta’ saqajn jew muskoli tqal minħabba li wieħed joqgħod bilqiegħda jew bilwieqfa għal żmien twil
  • Rkupru wara workout jew sport
    Użu mid-dar, uffiċċju, jew waqt il-vjaġġ – portabbli u faċli biex tużah kullimkien
  • Appoġġ għall-fluss tad-demm u ħidma tal-muskoli mingħajr mediċini jew trattamenti invażivi
View full details

Għalfejn għandek bżonnom?

  OĦRAJN

Jaħdmu Malajr

Serħan Li Jdum Sa 8 Sigħat

Jiġu Kemm Kesħin Kif Ukoll Sħan

Laqwa offerti fis-suq

Free Delivery Malta u Għawdex

Kif għenuhom ir-Roll Ons?

98%

tal-klijenti qalu li nnutaw tnaqqis ċar fl-ebusija u t-tensjoni fil-muskoli wara użu regolari tar-Roll Ons, speċjalment fl-għonq, fid-dahar u fl-ispallejn.

92%

tal-utenti rrappurtaw li ħassew sensazzjoni ta’ serħan, rilassament u kumdità fi ftit minuti biss wara li applikaw ir-roll on fuq iż-żona milquta.

94%

tal-klijenti nnutaw titjib fil-moviment ta’ kuljum u inqas skumdità waqt xogħol, mixi, eżerċizzju jew attivitajiet normali matul il-ġurnata.

Tħossok aħjar immedjatament

Ir-Roll On jibda jaħdem fi ftit minuti biex jgħin jirrilassa l-muskoli, inaqqas it-tensjoni u jagħti sensazzjoni ta’ kumdità fuq iż-żona milquta. Ħafna klijenti rrappurtaw li setgħu jkomplu bil-ġurnata tagħhom b’aktar faċilità u inqas skumdità ftit ħin biss wara li użawh.

  • ★★★★★

    ''

    Sodisfatta ħafna!

    Jien nippreferi l-Cold Roll On, speċjalment fuq irkopptejja. Faċli ħafna biex napplikah u ma jkollix għalfejn inħammeġ idejja. Inżommu dejjem id-dar u sibtu prattiku ħafna.

    Samantha, 📍 Għargħur

  • ★★★★★

    ''

    Prodott ta' veru!

    Xogħoli huwa ħafna bilwieqfa u rkopptejja jdejquni ta’ spiss. Ir-Roll On is-sħun sar komdu ħafna għalija għax napplikah direttament fejn ikolli bżonn. Inħobb ħafna s-sensazzjoni ta’ sħana u nużah speċjalment wara ġurnata xogħol. Nirrakkomandah!

    Mario, 📍 Mosta

  • ★★★★★

    ''

    Serraħni..

    Minn meta bdejt nuża r-Roll On il-kiesaħ, sar parti mir-rutina tiegħi wara ġurnata twila. Napplikah fuq il-minkeb u jogħġobni ħafna l-effett frisk tiegħu. Żgur li nerġa’ nordnah.

    Carmelo, 📍 Qormi

  • ★★★★★

    ''

    Prodott ta’ kwalità

    Ħadt kemm il-Hot kif ukoll il-Cold u jogħġobni li nista’ nagħżel skont dak li nkun qed inħoss. Ir-roll on huwa sempliċi biex tużah, ma jieħux spazju u tista’ ġġorru miegħek. Kuntent ħafna bihom u worth it ħafna - delivery malajr wkoll.

    Saviour, 📍 St. Venera

  • ★★★★★

    ''

    L-aksa tuġani

    Bdejt nuża l-Cold Roll-On wara l-mixi u l-ġiri għax kultant l-għaksa tibda ddejjaqni. Jogħġobni għax napplikah malajr, ma nħammiġx idejja u jagħtini sensazzjoni friska fejn nużah. Żgħir biżżejjed biex inżommu dejjem fil-basket. Kuntent ħafna bih!

    Daniel, Sliema

1 of 5

Frequently Asked Questions

X’inhu l-Pain Relief Roll-On?

Huwa roll-on għall-użu estern li jiġi applikat direttament fuq iż-żona mixtieqa. Għandu format prattiku u faċli biex tużah id-dar, fuq ix-xogħol jew wara attività fiżika.

X’inhi d-differenza bejn il-HOT u l-COLD?

Il-HOT jagħti sensazzjoni ta’ sħana, filwaqt li l-COLD jagħti sensazzjoni friska u rifreskanti. Tista’ tagħżel skont il-bżonn u l-preferenza tiegħek.

Fuq liema partijiet tal-ġisem jista’ jintuża?

Jista’ jiġi applikat fuq żoni bħall-irkopptejn, spallejn, għonq, dahar, minkbejn, polzijiet u għekiesi. Evita żoni sensittivi u ġilda miksura jew irritata.

Kif nużah?

Għaddi r-roll-on direttament fuq iż-żona mixtieqa b’movimenti ħfief u ħallih jinxef. Uża biss skont l-istruzzjonijiet fuq il-prodott.

Kemm-il darba kuljum nista’ nużah?

Segwi dejjem l-istruzzjonijiet fuq il-pakkett u tużax aktar mill-ammont jew frekwenza rakkomandata.

Għandi bżonn nimmassaġġjah b’idejja?

Le. Il-format roll-on jagħmilha faċli biex tapplika l-prodott direttament fuq il-ġilda mingħajr ma jkollok għalfejn tmiss il-formula b’idejk.

Nista’ nuża l-HOT u l-COLD fl-istess ġurnata?

Iva pero evita li tapplikahom wieħed fuq l-ieħor fl-istess post. Jekk ha tapplika wieħed u imbagħad l-iehor qis li tnaddaf iz-zona qabel tapplikahhom.

Huwa adattat għal min jagħmel sport jew gym?

Il-format huwa partikolarment prattiku għal nies attivi li jixtiequ prodott faċli biex japplikaw qabel jew wara l-attività, skont l-istruzzjonijiet tiegħu.

Hemm xi postijiet fejn m’għandux jiġi applikat?

Iva. Evita l-għajnejn, il-ħalq, iż-żoni intimi, feriti, ġilda miksura jew irritata. Aħsel idejk jekk il-prodott imiss magħhom.

X’għandi nagħmel jekk il-ġilda tirreaġixxi?

Waqqaf l-użu u aħsel iż-żona. Jekk l-irritazzjoni tkun qawwija, tippersisti jew ikollok reazzjoni serja, fittex parir mediku.

Kemm fih kull Roll-On?

Kull flixkun fih 40ml u d-disinn kompatt tiegħu jagħmilha faċli biex iżżommu d-dar jew iġġorru miegħek.

Minn xix inhuwa magħmul?

Water, Glycerin, Xanthan Gum, White Oil, Propanediol, Menthol, Borneol, Cetearyl Alcohol, Laurocapram, Sodium Acrylate, DMDM Hydantoin.

Min m'għandux juzahom

Għall-użu estern biss. Tapplikax fuq ġilda b'ferita miftuħa jew irritata u evita kuntatt mal-għajnejn. Waqqaf l-użu jekk tiżviluppa irritazzjoni. Jekk għandek ġilda sensittiva, kundizzjoni medika, inti tqila/tredda’ jew għandek dubju dwar l-użu, ikkonsulta tabib jew spiżjar qabel l-użu. Żomm ’il bogħod mit-tfal.